Il-karreġġjata (southbound) minn Triq Mikiel Anton Vassalli fid-direzzjoni lejn l-Imsida Creek mistennija tinfetaħ illum għat-traffiku.
Ix-xogħlijiet kienu jinkludu r-rikostruzzjoni tal-karreġġjata, l-installazzjoni ta’ servizzi taħt l-art u l-bini mill-ġdid tal-ħitan (boundary walls).
Din il-konnessjoni ġdida se ttejjeb l-aċċess għall-vetturi lejn Tas-Sliema, l-Imsida u Ta’ Xbiex, b’Infrastructure Malta tgħid li “dan huwa pass ieħor lejn network tat-toroq aktar konness u effiċjenti.”

