Triq Ħal Farruġ Ħal Luqa tinsab magħluqa għat-traffiku. Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fl-istess triq imsemmija.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-inċident seħħ, hekk kif raġel ta’ 34 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’arblu.
Jidher li fuq il-post wasal tim mediku li ta l-assistenza meħtieġa lis-sewwieq sakemm dan ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa …