Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar tariffi ġodda fuq l-oġġetti kollha importati mill-akbar tliet sħab kummerċjali tal-Amerika – iċ-Ċina, il-Messiku u l-Kanada.
Trump qal li l-Istati Uniti se timponi tariffi li jibdew minn nhar it-Tlieta ta’ 25% fuq il-Kanada u l-Messiku kif ukoll taxxa addizzjonali ta’ 10% fuq iċ-Ċina.
Huwa kien wissa wkoll li se jimponi t-taxxi fuq l-importazzjoni jekk it-tliet pajjiżi ma jindirizzawx it-tħassib tiegħu dwar l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tad-droga.
B’reazzjoni, kemm il-Kanada kif ukoll il-Messiku qalu li se jkunu qed jippreparaw tariffi ta’ ritaljazzjoni huma stess.
Iċ-Ċina, il-Messiku u l-Kanada flimkien ammontaw għal aktar minn 40% tal-importazzjonijiet fl-Istati Uniti s-sena li għaddiet.