PORTUGALL…………..5
UZBEKISTAN………… 0
Il-Portugall kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 fuq l-Uzbekistan biex għamlu pass kbir lejn l-Aħħar 32.
Wara li falla ċans faċli minn taħt il-lasti fir-raba’ minuta, Cristiano Ronaldo (6) fetaħ l-iskor meta daħal bejn żewġ difensuri u sammar il-ballun fix-xibka mill-cross fil-baxx ta’ Joao Cancelo.
B’dan il-goal, il-player ta’ 41 sena sar l-ewwel player li skorja f’sitt edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
Imbagħad fis-17-il minuta, Nuno Mendes, irdoppja bi ġmiel ta’ free-kick.
Fit-30 minuta, l-Uzbekistan ħasbu li skorjaw meta Aziz G’aniev fajjar kanunata minn barra l-kaxxa iżda l-goal ġie mħassar għal foul ta’ Abbosbek Fayzullaev fuq Joao Cancelo.
Fit-38 minuta, Cristiano Ronaldo għamilhom tlieta meta kkonkluda minn pożizzjoni angolata.
Fis-60 minuta, il-Portugiżi komplew iżidu l-iskor minn own-goal ta’ Abdukodir Khusanov filwaqt li Rafael Leao (87) issiġilla r-rebħa.
Portugall: Diogo Costa, Joao Cancelo (Nelson Semedo 46), Ruben Dias, Renato Veiga, Nuno Mendes, Vitinha, Joao Neves (Bernardo Silva 76), Pedro Neto (Francisco Conceicao 46), Bruno Fernandes, Joao Felix (Francisco Trincao 64), Cristiano Ronaldo – Coach: Roberto Martinez
Uzbekistan: Abduvokhid Nematov, Rustam Ashurmatov, Abdulla Abdullaev, Abdukodir Khusanov, Sherzod Nasrullaev (Khojiakbar Alijonov 46), Bekhruz Karimov (Ruslanbek Jiyanov 92), Otabek Shukurov (Sherzod Esanov 92), Odiljon Khamrobekov (Akmal Mozgovoy 46), Eldor Shomurodov, Abbosbek Fayzullaev (Igor Sergeev 73), Aziz G’aniev – Coach: Fabio Cannavaro
Referee: Abdulrahman Al-Jassim (Qatar)
assistenti: Taleb Al-Marri, Saud Al-Maqaleh (Qatar)
Raba’ Uff.: Abongile Tom (Afrika t’Isfel)
Skorers: C. Ronaldo 6, 38 N. Mendes 17, A. Khusanov 60 o.g. R. Leao 87 (P)
Ammoniti: O. Khamrobekov (U); R.Veiga (P)
Attendenza: 68,777

