Wednesday, June 24, 2026

Emmanuel Galea, il-kunjatu ta’ Adrian Delia jgħid li Alex Borg ma nrexxilux jagħmel avanzi

Aqra wkoll

Emmanuel Galea li hu missier is-sieħba tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, f’artiklu li kiteb fuq Malta Indipendent bit-titlu ‘The Phantom Swing’, jgħid li l-Partit Nazzjonalista bit-tmexxija ta’ Alex Borg ma rnexxilux jagħmel l-ebda avvanzi fl-elezzjoni ġenerali li għadha kemm saret.

Jikteb li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jattira numru tajjeb ta’ votanti ġodda mill-Partit Laburista, iżda l-unika ħaġa li għamel li żamm il-bażi tradizzjonali tiegħu. Galea jgħid li l-Partit Nazzjonalista rkupra biss xi votanti li kien baqgħu d-dar jew inkella li fl-elezzjoni tal-2022 kienu vvotaw għall-partit iż-żgħar.

Il-kuntajtu ta’ Adrian Delia jkompli jikkritika lit-tmexxija ta’ Alex Borg fejn jgħid li biex xi ħadd jgħid li l-Partit Nazzjonalista kiserb xi momentum elettorali ġdid kellu jikkonvinċi votanti ġodda jew oħrajn li ma ridux jivvotaw lill-Partit Laburista.

Emmanuel Galea fil-kitba tiegħu jgħid li “mingħajr din il-bidla fundamentali, is-‘swing’ jibqa’ wieħed fantażma.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport