Wednesday, June 24, 2026

TTD 2026: L-INGILTERRA MIŻMUMA MILL-GHANA

Aqra wkoll

Grupp L – Boston

INGILTERRA …………….0

GHANA ………………………0

Mingħajr ma jitnaqqas il-mertu tal-Ghana, l-Ingilterra ddiżappuntaw bil-kbir meta ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals.

Kien konfront monotonu li ħa l-ħajja fl-aħħar kwarta meta, fid-79 minuta, Ghana ġew imċaħdda minn dak li deher penalty meta Konsa waqqa’ lil Fatawu fil-kaxxa iżda d-deċiżjoni kienet offside ineżistenti favur l-Ingliżi.

Tliet minuti mit-tmiem, l-Ingliżi setgħu skorjaw il-goal tar-rebħa meta d-daqqa ta’ ras ta’ Nico O’Reilly stampat mal-mimduda u mir-rebound, Harry Kane għamel l-impossibbli u għolla l-mi­ra.

Ingilterra: Jordan Pickford, Reece James, Ezri Konsa, Marc Guehi, Djed Spence (Nico OReilly 66), Declan Rice, Elliot Anderson (Eberechi Eze 74), Noni Madueke (Marcus Rashford 83), Jude Bellingham (Morgan Rogers 73), Anthony Gordon (Bukayo Saka 65), Harry Kane  – Coach: Thomas Tuchel

Ghana: Benjamin Asare, Marvin Senaya (Kojo Peprah Oppong 87), Jonas Adjetey, Jerome Opoku, Gideon Mensah, Caleb Yirenkyi, Thomas Partey, Kwasi Sibo, Inaki Williams (Issahaku Fatawu 66), Jordan Ayew (Prince Kwabena Adu 67) (Abdul Rahman Baba 90), Antoine Semenyo.  – Coach: Carlos Queiroz

Referee: Said Martinez (Honduras)

assistenti: Walter Lopez, Christian Ramirez (Honduras)

Raba’ Uff.: Ning Ma (Ċina)

Skorers: Ħadd

Ammoniti: D. Rice (I); I. Williams (G)

Attendenza: 63,983

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport