L-Ekwador tnaqqsulhom tliet punti mill-klassifika tagħhom fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026 wara li l-plejer Byron Castillo ffalsifika d-dokumenti oriġinali tiegħu fejn kien qed jgħid li twieled f’dan l-istess pajjiż.
Il-qorti fl-Isvizzera sabet lil Castillo ħati ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti u se jkun qed jeħel sospensjoni.
Fil-fatt, Castillo twieled fil-belt ta’ Tumaco fil-Kolombja bil-plejer anke jigdeb dwar id-data tat-twelid tiegħu li kienet l-1995 u mhux l-1998.