“Tul dawn is-sentejn tgħallimna kif inkunu kapaċi niġġieldu kull ostaklu u kull inkwiet. Tgħallimna wkoll li għandna nibqgħu b’saħħitna speċjalment fl-aktar diffiċli ta’ drabi. Int għallimtna kif inkunu s-Supereroj tagħna stess”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet l-iskola ta’ Santa Monica f’Birkirkara, li fiha kienet tattendi l-istudenta Julia Chetcuti.
Sħabha tal-klassi libsu flokkijiet b’diversi lwien u ddedikaw diska apposta għaliha, bil-lirika ta’ imħabba u rispett, bħalma l-Julia dejjem uriet lejn kulħadd.