Tuesday, February 25, 2025

Tweġġa’ gravi l-mara li kienet involuta f’inċident il-Mellieħa

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-mara li lbieraħ ddaħlet l-isptar wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-passiġġier li kien hemm magħha raġel ta’ 29 sena mir-Rabat Għawdex ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Aktar tard, il-mara u x-xufier tal-mutur ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi

Ilbieraħ: Mara u raġel Għawdxin l-Isptar wara inċident fil-Mellieħa

Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta mara li kienet qiegħda ssuq karozza Toyota Ractis tilfet il-kontroll u baqgħet dieħel f’arblu tad-dawl.

L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa l-Mellieħa, direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa – eżatt fi triq tal-Bajja tal-Mellieħa.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena mir-Rabat Għawdex filwaqt li passiġġier magħha kien hemm raġel ta’ 29 sena mir-Rabat Għawdex ukoll.

Fuq il-post mar tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieqa u lill-passiġġier. Huma ttieħdu l-Isptar u l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Minħabba li l-karozza kważi tinsab f’nofs tat-triq, qiegħed ikun hemm dewmien għal dawk kollha li jridu jaslu ċ-Ċirkewwa fosthom Għawdxin li sejrin lura d-dar mix-xogħol.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport