Aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 a.m membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma biex isalvaw mara li sabet ruħha f’diffikultà fi Triq Wied iż-Żurrieq fil-Qrendi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara ta’ 51 sena miż-Żurrieq kienet sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet minn fuq ċint madwar sular għoli u spiċċat fuq xi pal tal-bajtar.
Issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.