Sunday, December 22, 2024

Uffiċjal ta’ TM imfaħħar għall-ħidma tiegħu “kull fejn jinzerta”

... Waqaf, niżel minn fuq il-mutur u mbotta karozza li kienet qiegħda tostakola t-triq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“M’iniex xi wieħed nitkellem mingħajr ma naħseb. Dan ir-raġel jixraqlu li jiġi mxandar ma’ Malta kollha għax qed ngħidlek kull fejn ninzerta xi biċċa xogħol li tirrikjedi assistenza aħlef li se ssibu hemm biex jagħmel xogħlu”. Iddikjara dan qarrej ta’ dan is-sit li xtaq jirringrazzja pubblikament uffiċjal ta’ Transport Malta li wara li waqfet karozza viċin Triq San Nikola fil-Belt Valletta dehru hu u uffiċjal ieħor fejn filwaqt li l-ieħor waqqaf it-traffiku ġej minn faċċata, dan niżel minn fuq il-mutur u mbotta hu lil din il-persuna li saħnitilha l-karozza. Irriżulta li din il-persuna kienet żviluppatilha ħsara fil-karozza wara li nqabdet  f’konġestjoni tat-traffiku li kien hemm fiż-żona wara inċident tat-traffiku li seħħ aktar qabel.

Il-persuna li tkellem magħna qalilna li darba hu kien fl-istess sitwazzjoni preċiż fejn saħnitlu l-karozza waqt li kien maqbud f’konġestjoni tat-traffiku viċin Bieb il-Bombi u fi stat ta’ paniku dan l-uffiċjal daħal biex jofroq il-vetturi biex hu seta’ jsuq ftit metri f’post li ma jostakolax it-traffiku bla ma jkompli jagħmel ħsara żejda lill-karozza.

“Kemm hu tajjeb li niċċelebraw il-ħidma ta’ uffiċjal bħal dan li l-ħidma tiegħu mhux biss għandha sservi għal oħrajn, iżda għandha tiġi rikonoxxuta iżjed minn hekk għax il-passjoni tiegħu biex jgħin in-nies hija xi ħaġa li ma tistax ma tiġix innutata!”, temm jgħidilna.

Ekonomija

Sport