Wednesday, March 27, 2024

Uffiċjal tal-pulizija jgħid li fl-irvellijiet ta’ Capitol Hill ħaseb li se jmut mgħaffeġ mill-folla

Aqra wkoll

Uffiċjal tal-pulizija, li kien wieħed minn dawk li ddefenda lil US Capitol fid-dimostrazzjonijiet li saru mill-attivisti ta’ Donald Trump fis-6 ta’ Jannar li għadda, qal li dakinhar huwa beża’ li se jmut mgħaffeġ mill-folla. Aquilino Gonell, fis-smigħ quddiem il-kumitat Kongressjonali fl-investigazzjoni dwar l-attakk ta’ Washington DC, saħaq li dak il-ħin huwa qal, “dan huwa l-mod ta’ kif se mmut.” Uffiċjal ieħor, Harry Dunn, li huwa ta’ karnaġġjon skur, qal li huwa safa mgħajjar razzjalment mid-dimostranti. 

B’kollox minn tal-inqas 535 dimostrant ġew arrestati fl-investigazzjonijiet li saru wara l-irvellijiet, liema irvellijiet ħallew xejn inqas minn ħames persuni mejta fosthom uffiċjal tal-pulizija. 

L-attakk fuq il-US Capitol kien wassal għal impeachment politiku fil-konfront tar-Repubblikan Donald Trump. Huwa kien ġie akkużat li inċita d-dimostranti – ħaġa li huwa dejjem innega u ma nstabx ħati tagħha. 

L-investigazzjoni qiegħda titmexxa kważi kollha minn persuni fi ħdan il-partit Demokratiku u dan wara ħafna Repubblikani għamlu bojkott. Kien hemm żewġ Repubblikani li ssieħbu f’din l-investigazzjoni.

Ritratt: Chip Somodevilla / Getty Images 

Ekonomija

Sport