Monday, October 28, 2024

Uffiċjali ta’ TM jintervjenu fuq 69 inċident matul il-ġimgħa li għaddiet

Aqra wkoll

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta intervjenew f’69 inċident li jinvolvu kolliżjonijiet jew ħsarat fil-vetturi. Minn dawn kollha, kien hemm ukoll żewġ kolliżjonijiet bi ġrieħi.

Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Transport Malta li ta kull ġimgħa qegħdin jagħtu rendikont tal-ħidma li jkunu wettqu.

TM tgħid li l-ħin medjan ta’ rispons mill-uffiċjali tal-infurzar kien ta’ anqas minn 10 minuti.

Fl-istess post huma appellaw lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur. “Kull prekawzjoni li tieħu tgħin biex tevita inċidenti u tħares it-toroq tagħna biex ikunu aktar sikuri għal kulħadd,” tappella TM.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport