Il-Kanċillier Ġermaniż, Friedrich Merz, wiegħed li jikkastiga lil min hu responsabbli. Dan hekk kif vann saq għal fuq in-nies waqt li kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gay Pride ta’ Berlin. Dan ħalla mill-inqas persuna waħda mejta u mas-16-il persuna oħra midruba.
Il-persuna suspettata li wettqet l-attakk li seħħ is-Sibt filgħaxija ġiet identifikata. Ikkonferma dan kelliem għall-pulizija ta’ Berlin. Ingħad li dan l-attakk wassal biex jintemmu kmieni wieħed mill-akbar avvenimenti tal-Pride fl-Ewropa.
Il-pulizija qalet li fost dawk midruba, hemm diversi persuni li jinsabu fil-periklu tal-mewt. Midja internazzjonali rrapurtat li l-vann li kien qed jiġii misjuq kien abjad u li allegatament saq fuq in-nies, bil-konsegwenza li wara spiċċa ħabat ma’ siġra.
Din l-istorja għadha qed tiġi żviluppata. Aktar aġġġornamenti mal-ħin …
