Saturday, June 13, 2026

Waterpolo: Olympiacos jirbħu ċ-Champions League tan-Nisa għar-raba’ darba wara l-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Olympiacos rebħu ċ-Champions League tan-Nisa li saret f’Malta f’finali mill-isbaħ meta għelbu lill-Ungeriżi ta’ Ferencvaros bl-iskor ta’ 17-14 wara l-għoti tal-penalties.

Il-Griegi fetħu vantaġġ ta’ tliet goals qabel reazzjoni mill-aqwa ta’ Ferencavaros fit-tielet sessjoni li rathom jibnu vantaġġ ta’ żewġ gowls fir-raba’ sessjoni.

Madankollu, Olympiacos ma rmewx ix-xugaman, u skorjaw l-aħħar żewġ gowls fl-aħħar 80 sekonda biex sfurzaw l-għoti tal-penalties, fejn il-goalkeeper ta’ riserva Britt van den Dobbelsteen wettqet tliet saves mill-aqwa biex assigurat ir-rebħ taċ-Champions League minn Olympiacos.

Intant, aktar qabel, Sant Andreu rebħu l-midalja tal-bronż wara li għelbu lir-rivali domestiċi Mataro f’logħba oħra eċċitanti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport