FTC-Telekom se jilgħabu fl-ewwel finali taċ-Champions League tan-nisa tagħhom wara li għamlu rimonta notevoli u għelbu liċ-champions renjanti Sant Andreu f’penalty shootout drammatika fis-semi-finali tal-Final 4 taċ-Champions League tan-Nisa li qed tintlagħab proprju f’pajjiżna.
It-tim Ungeriż kien minn taħt 4-1 wara l-ewwel sessjoni, 6-3 sal-mistrieħ u 10-7 kmieni fir-raba’ sessjoni, iżda m’armewx ix-xugaman. U ġabu l-iskor indaqs 52 sekonda biss minn tmeim il-partita qabel ma rebħu 15-14 wara l-għoti tal-penalties wara draw ta’ 11-11.
Ir-riżultat jibgħat lil FTC f’finali storika kontra Olympiacos, li min-naħa atgħhpm għelbu lil Assolim CN Mataro 14-12 fit-tieni semi-finali. Rimarkabbli huwa l-fatt li ż-żewġ finalisti ġew megħluba fis-semi-finali l-istaġun li għadda u ltaqgħu fil-logħba għar-rebħ tal-midalja tal-bronż sena ilu Issa, se jiltaqgħu għall-akbar premju fil-waterpolo tal-klabbs Ewropej.



