Saturday, August 8, 2026
Home Sport Waterpolo: Sliema jwettqu tpattija sportiva fuq Sirens u jagħmluha għall-finali

Waterpolo: Sliema jwettqu tpattija sportiva fuq Sirens u jagħmluha għall-finali

0
2

SIRENS BUILD FITNESS… 12

SLIEMA NEXAWIN……….. 15

(3-4, 3-4, 3-4, 3-3)

Wara l-ħasda fit-telfa ta’ 17-13 nhar l-Erbgħa li għadda, Sliema wettqu tpattija sportiva fuq Sirens meta għelbuhom bl-iskor ta’ 15-12, biex b’hekk kisbu post fil-finali, fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Neptunes.

Ta’ nota huwa l-fatt li dawn iż-żewġ rivali eterni ta’ xulxin se jerġgħu jaffrontaw lil xulxin f’finali klassika wara xejn inqas minn seba’ snin.

Interessanti hu l-fatt li Sliema rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet bl-iskor identiku ta’ 4-3, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni tintemm f’paritá ta’ 3-3.

Għal Sliema spikkaw ferm Jayden Cutajar u Francesco Di Fulvio li bejniethom qasmu disa’ goals, b’tal-ewwel jiskorja ħames goals, u bl-istilla Taljana jirreġistra poker personali.

Min-naħa l-oħra, għal Sirens bħal dejjem spikka ferm l-Ungeriż, Daniel Angyal, li skorja seba’ goals.

Sirens: N. Grixti, D. Angyal (7), A. Galea, G. Pace, J. Zerafa Gregory, K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (3), P. Serracino, M. Sciberras, Z. Mizzi (1), G. Farrugia, A. Theuma, M. Mifsud (1), A. Dimech

Sliema: B. Busuttil, F. di Fulvio (4), L. Galea (2), J. Gambin, J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar (5), D. Rizzo, E. Schembri (1), J. Cachia, J. Chircop, D. Zammit (2), S. Engerer (1), S. Busuttil

Referees: Ante Bura, Veseline Miskovic

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here