Saturday, December 21, 2024

Wieħed jammetti u l-ieħor le dwar serqa ta’ Porsche

Aqra wkoll

Wilton Gatt ta’ 28 sena residenti ż-Żurrieq u Kieran Caruana ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi ġew akkużati b’attentat ta’ serqa. Huma tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Gatt waħdu ġie akkużat ukoll li assoċja ruħu ma’ persuni bil-ħsieb li jisirqu Porsche Cayenne kif ukoll li saq vetturi mingħajr liċenzja.

Filwaqt li Caruana ammetta mill-ewwel għal akkużi kontrih, Gatt wieġeb mhux ħati.

Il-Prosekuzjoni mexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia qalet li l-pulizija kienu ilhom jinvestigaw grupp ta’ persuni li allegatament kienu qegħdin iwettqu serq bi vjolenza minn residenzi, ħwienet u anke serq ta’ vetturi. Il-Prosekuzzjoni qalet li dwar dan diġà tressqu diversi persuni l-Qorti, u li ż-żewġ imputati seta’ kellhom involviment f’żewġ serqiet minn din is-sensiela.

L-Ispetturi qalu quddiem il-Qorti li Caruana pparteċipa f’serqa minn ħanut tal-ġojjellerija f’Santa Venera. Gatt allegatament kellu rwol ukoll f’din is-serqa kif ukoll serq karozza Porsche minn Ħ’Attard.

Fil-Qorti ntqal li minkejja li Gatt ma kellux involviment dirett fis-serqa, huwa għen lil tliet persuni biex ibigħu l-Porsche li kienu serqu. Intqal li l-profott li sar minn fuq l-affarijiet misruqin intefqu biex isostnu l-vizzju tad-droga.

Wara li Caruana ammetta, il-Prosekuzzjoni qalet li l-aħjar piena għanda tkun sentenza sospiża minħabba li hu ammetta kollox mal-pulizija. Kien hawn li l-Maġistrat Vella kundannat lil Caruana sena ħabs sospiżi għal erba’ snin u wissietu li l-Qorti qiegħda tagħtih it-tieni ċans.

Ekonomija

Sport