Kien għall-ħabta tal-12.30am meta raġel li kien f’residenza xamm riħa ta’ ħruq u nduna li d-dar kienet qiegħda tieħu n-nar.
Il-każ seħħ fi Triq l–Għarriqin fejn mill-ewwel fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Marru wkoll diversi uffiċjali tal-Pulizija li mill-ewwel beda l-investigazzjonijiet tagħhom biex jiġi stabbilit x’wassal għal dawn in-nirien.
Il-kelliem għal Pulizija, Brandon Pisani kkonferma ma’ dan is-sit li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Minħabba li r-residenza ġarbet ħsarat, persuni qrib is-sidien tad-dar qegħdin jagħmlu appella fuq il-midja soċjali biex min jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu. Skont dak miktub minn persuni qrib is-sidien qalu li kollox ġie meqrud fir-residenza, u għalhekk hemm bżonn li min jista’ joffri servizzi bħal tibjid, għamara jew affarijiet oħrajn jagħmel kuntatt fuq il-mowbajl 99069290.