Thursday, April 18, 2024

Xena mhux tas-soltu li tispikka

Aqra wkoll

Mhux l-ewwel darba li l-fotografu Daniel Cilia jissorprendi lin-nies b’xi ritratt, iżda dak li ppubblika fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat hija tassew xena mhux tas-soltu li tispikka. 

Ir-ritratt meħud juri l-vulkan Etna fi Sqallija viżibbli minn Binġemma, bit-Torri ta’ Selmun fuq quddiem.

Filwaqt li ppubblikah fuq il-paġna tiegħu tal-midja soċjali, il-fotografu spjega li ħa dan ir-ritratt b’lenti 1200mm, b’apparat professjonali.

Fil-kummenti tiegħu, Cilia qal li mar f’dak il-post xi ħames darbiet biex jipprova jsib il-kundizzjonijiet tat-temp perfetti u filwaqt li kellu xi ritratti tal-Etna jidher, qatt ma kien sodisfatt biżżejjed bir-riżultati sakemm ħa r-ritratt tal-bieraħ.

Fir-ritratt jispikka wkoll l-ikħal tal-baħar u bastiment li jkomplu jikkumplimentaw din ix-xena sabiħa.

Ekonomija

Sport