Sunday, May 19, 2024

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi f’ħabta fis-Siġġiewi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn trakk tal-għamla Iveco misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Għaxaq u vann tal-għamla Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Qrendi.

Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti s-Siġġiewi li kien passiġġier fil-vann sofra xi ġrieħi u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ssejħet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport