Thursday, March 28, 2024

“Żewġ anġli f’ritratt memorabbli li jfakkar it-tjubija tagħhom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Puttinu Cares qasmu esperjenza partikolari miġbuda f’ritratt memorabbli li juri lil Dr Victor Calvagna u lil Mark Piscopo l-Lullu. 

Ma setax jonqos li fost il-ħafna kummenti li segwew dan ir-ritratt, bosta fakkru l-qalb tajba tagħhom f’din id-dinja hekk kif it-tnejn li huma kellhom karattru li jiġbed is-simpatija ta’ kulħadd.

Dr Calvagna jibqa’ mfakkar għal mod kif kien iġib ruħu mal-pazjenti, speċjalment għall-fatt li kien kapaċi jinżel għal-livell taċ-ċkejknin u jkun ta’ sapport għall-ġenituri tagħhom. Kien jinsisti li jkun xħin ikun kellhom jikkuntattjawh f’każ ta’ bżonn.

Min-naħa l-oħra, Piscopo kellu talent li jisraq il-qlub ta’ kull plejer li ltaqa’ miegħu. Huwa kien meqjus bħala t-tieni missier ta’ bosta plejers lokali, li ħafna minnhom kibru u anke baqgħu juru rispett kbir lejh anke f’mumenti tant importanti fil-karriera kalċistika tagħhom.

Ekonomija

Sport