Sunday, December 22, 2024

Żewġ Franċiżi jammettu li daħlu f’żona ristretta tal-ajruport “f’mument ta’ bluha”

Aqra wkoll

Żewġ studenti Franċiżi li ġew Malta għal btala biex jiċċelebraw is-suċċess li kisbu fir-riżultati tal-eżamijiet, ingħataw il-libertà kkundizzjonata wara li ammettew li daħlu f’żona ristretta tal-ajruport f’dak meqjus bħala “mument ta’ bluha.”

Samy Babu ta’ 21 sena u Mohamed Mehdi Fadi Zibar ta’ 23 sena kienu mixlija li wettqu dan ir-reat is-Sibt li għadda, għall-ħabta tal-4.30 a.m., wara li attendew għal party f’Montekristo.

Huma kienu mixlija wkoll li daħlu f’żona risretta mingħajr ma kellhom security pass jew awtorizzazzjoni temporanja bil-miktub maħruġa mill-Kap tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.

It-tnejn li huma wieġbu ħatja għall-akkużi u qalu li kienu ddispjaċuti ta’ dak li għamlu u anke li fehmu l-gravità ta’ dan kollu. Huma kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sentejn.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Wilfred Buttigieg deher għaż-żewġ Franċiżi.

Ekonomija

Sport