Sunday, November 24, 2024

Żewġ nisa jweġġgħu f’inċidenti separati fin-Naxxar u Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum. L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 a.m, fi Triq is-Salina, Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 59 sena residenti San Pawl il-Baħar ġarrbet xi ġrieħi meta seħħet ħabta bejn il-mutur li kienet qed issuq tal-għamla Symphony SR u mutur Honda li kien misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Mosta. Mal-mara kien hemm riekeb raġel ta’ 83 sena residenti n-Naxxar.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m, fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, tilfet il-
kontroll tas-Suzuki Swift li kienet qiegħda ssuq bil-konsegwenza li ħabtet ma’ ħajt fl-istess triq.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u n-nisa ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport