Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-2:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr minħabba li kien hemm żewġ persuni b’xi ġrieħi.
Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rrizulta li mutur tal-għamla Kymco misjuq minn
raġel ta’ 31 sena residenti Marsaskala, kien intlaqat minn karozza, bix-xufier jaħrab bil-vettura
minn fuq il-post.
Ix-xufier kif ukoll raġel ta’ 30 sena residenti l-Imġarr li kien passiġġier fuq il-mutur, ingħataw
l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġew
ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet intensivi tal-pulizija wasslu sabiex ftit tal-ħin wara ġiet identifikata l-vettura
u nstabet fl-Imġarr fejn ġie arrestat l-allegat xufier, ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Imġarr.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita ddinamika tal-każ.
