Monday, March 17, 2025

Żieda ta’ 12.6% fit-turisti li żaru pajjiżna f’Jannar ta’ din is-sena

F’Jannar 2025, in-nefqa kollha tat-turisti kważi laħqet il-€142.6 miljun

Aqra wkoll

F’Jannar 2025, l-għadd sħiħ tat-turisti li daħlu Malta kien stmat li jilħaq il-194,157, żieda taʼ 12.6% meta mqabbel maʼ sena qabel. Dan tħabbar fi stqarrija li ġiet ippubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)

Fix-xahar indikat, 182,177 turist żaru Malta għal btala, mentri 8,495 turist ġew Malta għal raġunijiet taʼ xogħol. L-akbar għadd taʼ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena – 39.4%; warajhom kien hemm dawk fl-età taʼ bejn il-45 u l-64 sena – 34.4%.

Residenti mill-Polonja, ir-Renju Unit, u l-Italja kienu jammontaw għal 46.4% tat-turisti kollha li waslu Malta.

L-NSO tgħid li meta mqabbel mal-istess xahar taʼ sena qabel, l-għadd sħiħ tal-iljieli mqattgħin Malta telaʼ bi 11.4%, u qabeż il-1.1 miljun lejl. Il-biċċa l-kbira tagħhom – 85.1% tqattgħu fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju taż-żjajjar kien taʼ 5.8 ljieli.

Fl-istess stqarrija l-NSO jgħid f’Jannar ta’ din is-sena, in-nefqa kollha tat-turisti kważi laħqet il-€142.6 miljun, żieda taʼ 29.4% fuq l-istess xahar sena qabel. L-infiq medju kull lejl kien stmat li jammonta għal €126.3.

It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal ġurnata kif ukoll dawk li raqdu hemm, ammontaw għal 91,240, jew 47.0% tat-turisti kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport