Monday, May 13, 2024

Żieda ta’ 20.2% fil-wasliet tat-turisti f’Settembru

Aqra wkoll

F’Settembru illi għadda, l-għadd ta’ turisti li waslu f’pajjiżna kienu jammontaw għal 299,190, li jfisser żieda ta’ 20.2% meta mqabbel mal-istess mal-istess xahar tal-2022.

Statistika maħruġa mill-NSO turi li 276,413 turist ġew Malta għal skop ta’ vaganza, filwaqt li 13,969 turist ġew għal skop ta’ negozju.

L-akbar għadd ta’ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena (38.9%), segwiti minn dawk fl-età ta’ bejn l-45 u l-64 sena. Residenti Taljani, mir-Renju Unit u minn Franza kienu jammontaw għal 47.4% tat-total ta’ turisti li ġew Malta.

It-total ta’ ljieli mqattgħin mit-turisti żdiedu bi 8%, biex qabżu it-2.1 miljun lejl. In-nefqa totali tat-turisti matul dan ix-xahar, kienet ta’ kważi €311-il miljun, li tfisser żieda ta’ 21.9% meta pparagunatt mal-istess xahar tas-sena l-oħra.

L-istess statistika turi kif fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena it-total ta’ turisti f’pajjiżna kienu jammontaw għal 2,285,450. Dan jirrifletti f’żieda sostanzjali ta’ 31.6% fuq l-istess perjodu tas-sena 2022. It-total ta’ ljieli f’dan il-perjodu żdiedu b’22.4%, biex qabżu l-15.7 miljun lejl.

Bejn Jannar u Settembru 2023, in-nefqa totali tat-turisti kienet stmata li tlaħħaq it-€2.1 biljun, żieda ta’ 33.9% fuq dak li kien irreġistrat fl-2022.

Sport