Saturday, December 28, 2024

16-il bajja li fihom jistgħu jgħumu l-klieb

Aqra wkoll

Bħas-sajf li għadda, hawn 12-il bajja f’Malta u 4 f’Għawdex li jista’ jsir għum bil-klieb. Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Ivan Castillo.

Il-Ministru Refalo qal li l-lista ta’ din is-sena hija l-istess bħal dik li kienet ħarġet f’Lulju tas-sena li għaddiet u b’kollox hawn 16-il bajja li huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala bajjiet għall-klieb.

Fil-Parlament il-MNinistru Refali qal li “fil-preżent ma hawn l-ebda ħsieb li jiżdiedu ż-żoni uffiċjali tal-għawm fejn jistgħu jgħumu l-klieb pero’ il-Ministeru jibqa’ miftuħ li jikkunsidra żoni addizzjonali jew modifiki taż-żoni eżistenti skont il-ħtieġa wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet neċessarji mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u l-partijiet interessati.”

Intant, dawn huma l-bajjiet li fihom jista’ jsir għum bil-klieb:

Il-Bajja tar-Rinella – Kalkara; Xatt is-Sajjieda – Marsaxlokk; Tigne Point – Taħt il-pont; Ramlet It-Torri – Mellieha; Baħar iċ-Ċagħaq – Wara Splash and Fun; Imġiebaħ Bay – Selmun; Daħlet Ix-Xmajjar – Armier; Żonqor Point – Wied il-Għajn; Sant Tumas (in-naħa tal-Munxar) – Wied il-Għajn; Ir-Ramla ta’ Wied Musa – Ċirkewwa; Ramlet il-Qortin – Mellieħa; Birżebbuġia (in-naħa tas-sailing club); Trejqet Mgarr ix-Xini – Għajnsielem (Ras il-Ħobż)-Għawdex; Il-Bajja ta’ Gorgun – Mġarr-Għawdex; Il-Bajja tad-Dwejra – San Lawrenz- Għawdex; Il-Bajja tal-Qbajjar – Żebbuġ-Għawdex

Ekonomija

Sport