Tuesday, June 2, 2026

3 persuni fosthom tifel jiddaħlu l-isptar wara inċident tat-Traffiku f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.30pm meta l-Pulizija ġew informati li fi Vjal L-Istadium Nazzjonali f’Ħ’Attard kien seħħ inċident tat-traffiku.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-inċident seħħ bejn Honda Fit li kienet misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti l-Imtarfa u Renault Arkana li kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Wied il-Għajn. Miegħu passiġġier kien hemm tifel ta’ 11-il sena.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanzi u anke uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li għenu lill-persuni jinħarġu mill-vetturi.

Huma ngħataw l-għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li l-kundizzjoni tal-vittmi s’issa għadha mhix magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport