Friday, May 15, 2026

3,245 vettura ġdida fit-toroq

Aqra wkoll

Maltin fi tlett xhur

Statistika li inħarġet qiegħda turi li l-karozzi ġodda fit-toroq Maltin qegħdin ikomplu jiżdiedu u  din is-sena fl-ewwel tliet xhur inħarġu media ta’ 36 vettura ġdida kuljum.

Jekk ikollna nieħdu is-sena 2018, jiġifieri tmien snin ilu, kien ġie stabbilit minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li l-għadd ta’ karozzi f’Malta kienu qegħdin jiżdiedu b’medja ta’ 33 karozza ġdida kuljum. Dakinhar kien sar magħruf li f’Malta kien hawn 375,000 vettura reġistrata fejn 78 fil-mija minnhom huma karozzi tal-passiġġieri, 14 fil-mija vetturi kummerċjali, 7 fil-mija muturi u l-kumplamneti li jammonta għal inkas minn 1 fil-mija kienu karozzi tal-linja u mini buses. Illum tmien snin wara il-medja ta’ karozzi ġodda li qegħdin jinħarġu titla’ għal 36 vettura kuljum.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tgħid li din iż-żieda ta’ vetturi ġodda ġiet ikkalkulata fuq l-ewwel kwart tas-sena 2026. Filfatt fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena, l-ammont ta’ karozzi ġodda li inħarġu kien jammonta għal 3,245 vettura.

Jekk wieħed janalizza eżattament it-tip ta’ karozza li qegħdin jinħarġu, naraw li l-parti l-kbira ta’ vetturi ġodda  kienu karozzi tal-passiġġieri b’total ta’ 3,699.  Wara jsegwu l-muturi u roti elettriċi għal total ta’ 1,197. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport