Friday, December 27, 2024

46,000 persuna dijabetiċi f’pajjiżna

Aqra wkoll

Minn informazzjoni u riċerka miġbura u bbażata fuq persuni ħajjin li fis-snin 2020 u 2021 sarulhom testijiet jew użaw servizzi relatati mad-dijabete jirriżulta li n-numru ta’ persuni bil-kundizzjoni tad-djabete f’pajjiżna jammonta għal ftit aktar minn 46,000 persuna.

Dawn il-figuri ħarġu mir-reġistru kkumpilat mid-Direttorat għall-Informazzjoni u Riċerka fl-2023.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva Joe Etienne Abela ta dan it-tagħrif għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo.

Il-Ministru spjega li fis-sentejn imsemmija dawn il-persuni jew kellhom riżultati tad-demm jaqbel mal-kriterji internazzjonali għad-dijanjosi tad-dijabete, jew użaw xi sevizz relatat mad-dijabete inkluż attendenza f’waħda mill-kliniċi relatati jew inkella jużaw mediċini tad-dijabete mill-iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek.

Dwar ir-reġistru tal-pazjenti li jbatu bid-dijabete, il-Ministru Abela qal li diġa sar eżerċizzju ta’ kumpilazzjoni ta’ reġistru statiku ta’ persuni dijabetiċi bbażat fuq is-sistemi amministrattivi eżistenti bi tħejjija għall-istrateġija li jmiss tad-dijabete.

Fil-fatt inbeda l-proċess ta’ procurement ta’ sistema informatika li tkun tista tmantni dan ir-reġistru regolarment.

Ekonomija

Sport