Ir-raġel ta’ 34 sena mill-Ghana se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Astrid
May Grima LL.D, għall-ħabta tan-12:30 p.m. Huwa se jkun akkużat bil-femiċidju ta’ mara ta’ 47 sena, fost akkużi oħra.
L-Erbgħa għall-ħabta tal-10:20 a.m.,, Pulizija li kienu għaddejjin fuq ronda bil-pass ġew avviċinati minn persuna li infurmahom li, f’għalqa li tinsab biswiet Triq is-Salib tal-Marsa, Marsa, kien hemm mara li allegatament kienet bla ħajja.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport. Minnufih intalbet l-assistenza ta’ aktar uffiċjali, fejn minnufih bdew l-investigazzjonijiet.
Aktar tard, il-vittma ġiet identifikata li hija Maltija ta’ 47 sena, residenti San Pawl il-Baħar. Il-Maġistrat Dr. Joe Mifsud LL.D. kien infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta, mgħejjun minn diversi esperti.
