Kien eżatt bħal lum 82 sena meta r-Re George VI tar-Renju Unit ta lil Malta l-ogħla dekor tal-Commonwealth meta offra lil George Cross.
Dan id-dekor kien ingħata bħala turija ta’ apprezzament lejn il-poplu Malti u Għawdi għal kuraġġ li wera fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija, niżlet xita ta’ bombi mill-qawwiet Taljani u Ġermaniżi. F’wieħed mill-agħar attakki mill-ajru fuq pajjiżna ġġarrfu diversi djar u binjiet, speċjalment fin-naħa tal-port. B’diversi nies spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom u oħrajn anki tilfu ħajjithom.
Il-George Cross jinsab fuq il-bandiera nazzjonali Maltija, wara li tpoġġa fl-elf disa’ mija u tlieta u erbgħin.
Sentejn ilu meta kien imfakkar it-80 sena anniversarju, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni kienet bagħtet messaġġ lill-President ta’ Malta George Vella, fejn awgurat lill-poplu Malti li qalet li tiftakar b’tant għożża. Hija kienet qalet kif il-qlubija, l-erojiżmu u d-devozzjoni tal-poplu