Sunday, November 24, 2024

Abner Aquilina jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih

Aqra wkoll

YouTube video

Abner George Aquilina ta’ 20 sena miż-Żejtun tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia akkużat li fis-sigħat bikrin tat-2 ta’ Jannar 2022 qatel u stupra lil Paulina Dembska.

Huwa kien mixli li stupraha, żammha kontra l-volontà tagħha u li fil-knisja tal-Karmnu tal-Balluta kiser il-buon ordni u l-paċi pubblika. 

X’wassal għall-arrest tal-imputat?

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm katavru f’Tas-Sliema. Mal-wasla tagħhom fil-post ngħataw l-informazzjoni li persuna kienet ittieħdet il-poliklinika tal-Furjana morna fuq il-post ġejna infurmati li kien hemm persuna ttieħdet fil-polknika tal-floriana. Minn hemm il-Pulizija marret lejn il-Furjana biex tkellem lil din il-persuna. Dan il-persuna ta dettalji li kienu biżżejjed biex il-Pulizija żżommu fuq informazzjoni relatata mar-reat.

Huwa ġie rilaxxat mill-Isptar biex jittieħed fl-Isptar Monte Carmeli fuq pariri tal-professjonisti. Wara li kien rilaxxat reġa’ kien interrogat minnufih mill-Pulizija.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Id-Difiża qalet li f’dawn l-aħħar ġranet l-imputat kien qed jinżamm ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u kien għalhekk sorveljat mill-awtoritajiet kompetenti. 

Fiċ-ċirkostanzi, ladarba mhux qed jintalab il-ħelsien mill-arrest, id-Difiża talbet lill-Qorti sabiex tirrakkomanda lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex mill-iktar fis possibbli l-imputat jingħata l-assessments meħtieġa u abbażi ta’ dawn l-istess assessments id-Direttur jiddeċiedi, kif wara kollox din tibqa’ prerogattiva tiegħu, f’liema istituzzjoni għandu jinżamm l-imputat. 

Il-Prosekuzzjoni u parte civile iħallu f’idejn il-Qorti tiddeċiedi

Il-Qorti, ħeġġet lid-Direttur tal-Faċilità sabiex jittratta din l-osservazzjoni tad-Difiża bl-aħjar mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu. Abner baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju ttal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Shawn Pawney, Jonathan Ransley u Wayne Camilleri.

L-imputat kien assistit mill-Avukati Mario Mifsud u l-Avukat Christian Camilleri.

Sport