Thursday, June 4, 2026

Adrian Delia….jibdew manuvri biex ikun il-Viċi Kap Nazzjonalista…diġa hemm min mhux qed jaqbel

Aqra wkoll

Fost għadd ta’ kunsillieri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għaddejjin movimenti intiżi biex Adrian Delia jinħatar bħala Viċi Kap. Bħalissa il-Viċi Kap attwali hu Alex Perici Calascione.  Kunsillieri Nazzjonalisti qegħdin jitkellmu u jsemmu ir-riżultat tajjeb personali li ġab Adrian Delia, fejn fuq żewġ distretti ġab 11,000 u tela’ elett miż-żewġ distretti.

Kunsillier fi ħdan il-Partit Nazzjonalista meta tkellem ma’ dan is-sit u qalilna li “l-manuvri huma mistenija. Għandek lil Adrian Delia li hu l-aktar b’saħħtu wara l-Kap f’termini ta’ voti. Il-Viċi Kap ta’ bħalissa, Alex Periċi  Casascione,  ġab 1,300 u 1,941 vot miż-żewġ distretti li kkontesta.  Dan jikkontrata bil-kbir mal-ammont qawwi ta’ voti li ġab Adrian Delia b’4,270 u 6,768 voti rispettivament.”

L-istess kunsillier qalilna li “wara kull elezzjoni l-istatut jgħid li għandu jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fi żmien tlett xhur. Dan biex jiddiskuti ir-riżultati. Hemm, ħsieb fost ħafna kunsillieri li hemm uffiċjali li għandhom iwarrbu biex posthom jieħdu ħaddieħor. Naħseb li l-kariga ta’ Viċi Kap għandha tkun waħda minnhom. Nistennew li Viċi Kap ikun wieħed li jkun ġab ammonti ta’ voti, dejjem jekk hu ikun lest li jieħu din il-kariga.”

Mistoqsi jekk Adrian Delia hux intresset li jikkontesta din il-kariga meta hemm Alex Periċi Calascione u dan sa issa għadu ma ta ebda indikazzjoni li se jwarrab minn din il-kariga, il-kunsillier qalilna li “jien nemmen li jrid jipprevali is-sens komun.  Fil-politika u fl-istrutturi ta’ partit,  irridu naġixxu u nirrispettaw il-verdett tan-nies. Din tgħodd għal karigi. Napprezzaw ħafna l-ħidma li wettaq Alex Perici Casacione, imma nemmnu li hemm bżonn bidla u dan invista’ r-riżultat miksub minn Delia.”

Intant  l-istatut jgħid li l-Kunsill Ġenerali għandu jiltaqa’ għall-inqas darbtejn fis-sena, darba biex jiddiskuti u japprova ir-rapporti u darba oħra bien jiddiskuti dokument politiku preżentat mill-Kumitat Eżekuttiv. Għandu jiltaqa’ fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni uffiċjali tar-riżultat ta’ kull elezzjoni ġenerali biex jiġi diskuss ir-riżultat tal-elezzjoni.

L-istatut tal-Partit Nazzjonalista jgħid li n-nominazzjonijiet għall-Viċi Kap tal-Partit Nazzjoznalista għandhom ikunu sekondati għallinqas minn żewġ membri Parlamentari, tliet kunsilliera lokali, ħames membri tal-Kumitat Eżekuttiv u għallinqas ħamsin kunsillier tal-Partit. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport