Il-General Workers’ Union (GWU) tilqa’ l-ħatra tal-Kabinett il-ġdid imħabbar mill-Prim Ministru u tawgura lill-Ministri u Segretarji Parlamentari kull suċċess fil-ħidma u r-responsabbiltajiet tagħhom.
Il-GWU tħares ’il quddiem biex tkompli taħdem b’mod kostruttiv mal-Gvern u mal-istituzzjonijiet kollha sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema, jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jkompli jissaħħaħ il-progress soċjali u ekonomiku tal-pajjiż.
L-Unjin temmen li d-djalogu soċjali jibqa’ l-aqwa mezz biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-lum u ta’ għada, filwaqt li jinħolqu aktar opportunitajiet għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom.
Il-GWU ttenni l-impenn tagħha li taħdem flimkien mal-Kabinett il-ġdid għall-ġid tal-ħaddiema, tal-pensjonanti u tas-soċjetà Maltija kollha, filwaqt li tibqa’ dejjem vuċi b’saħħitha favur il-ġustizzja soċjali, ix-xogħol dinjituż u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.


