Wara l-għażla demokratika tal-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026, għada se jkun qiegħed isir il-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett.
Il-Prim Ministru Robert Abela għażel numru ta’ Ministri li għandhom l-esperjenza, il-kompetenza u l-motivazzjoni sabiex ikomplu jmexxu lill-pajjiż dejjem aktar ’il quddiem. Numru ta’ Ministri se jkunu qed ikomplu jaqdu l-irwol li kellhom fil-leġiżlatura li għaddiet flimkien ma’ responsabbiltajiet oħra. Oħrajn, inkluż numru ta’ Deputati li fil-leġiżlatura li għaddiet servew bħala Segretarji Parlamentari, ingħataw responsabbiltajiet Ministerjali ġodda. Żewġ Segretarji Parlamentari se jkunu qed jgħinu lill-Ministri fil-ħidma tagħhom.
Il-formazzjoni tal-Kabinett tirrifletti l-impenn tal-Gvern li jwettaq il-manifest elettorali li għażel il-poplu, partikolarment il-ħolqien tal-ġid u l-investiment fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Filwaqt li l-Gvern huwa kommess li jibqa’ jġib riżultati ekonomiċi b’saħħithom, il-ħidma tal-Kabinett se tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jagħmlu l-ħajja tan-nies eħfef, isbaħ u aħjar.
Ir-responsabbiltajiet tal-Ministri u l-kontribut li huma mistennija jagħtu s-Segretarji Parlamentari jirriflettu l-prijoritajiet ewlenin li għandu l-Gvern, fosthom is-settur diġitali, l-akkomodazzjoni, il-mobbiltà u r-riġenerazzjoni ta’ bnadi differenti ta’ pajjiżna.
Dawn huma l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari magħżula mill-Prim Ministru Robert Abela skont ir-responsabbiltajiet tagħhom:
Ian Borg
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Owen Bonnici
Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja
Anton Refalo
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel
Silvio Schembri
Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi
Julia Farrugia
Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Clint Camilleri
Ministru għal Għawdex
Byron Camilleri
Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport
Miriam Dalli
Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Clyde Caruana
Ministru għall-Finanzi
Clifton Grima
Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Jonathan Attard
Ministru għall-Ippjanar, l-Infrastruttura u x-Xogħol
Jo Etienne Abela
Ministru għat-Turiżmu
Chris Bonett
Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli
Chris Fearne
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Alison Zerafa Civelli
Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Keith Azzopardi Tanti
Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Glenn Bedingfield
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà
Malcolm Paul Agius Galea
Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali
Omar Farrugia
Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali
Rosianne Cutajar
Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili
Deo Debattista
Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa (responsabbli mill-Anzjanità Attiva)
Alicia Bugeja Said
Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali)


