Hekk kif illum għalaq iż-żmien stipulat biex jintefgħu n-nomini għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN għadha kif iddikjarat li t-tiġrija se tkun bejn il-Kap attwali Adrian Delia u l-avukat Bernard Grech.
Iż-żewġ ismijiet li waslu għand il-Kummissjoni Elettorali, illum stess ser jiġu mgħoddija lill-Kummissjoni Kandidati mmexxija miċ-Chairman Colin Bowman biex din il-Kummissjoni twettaq l-iskrutinju u l-eżerċizzju ta’ diligenża ppruvata meħtieġa fuqhom skont l-iStatut tal-Partit. Nazzjonalista.