Illum, għall-ħabta tal-10:15 a.m.,, il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l assistenza f’għalqa fi Sqaq tal-Kalkara, Ħad-Dingli.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 74 sena residenti l-Mellieħa kien qed iniżżel gaffa minn ġot-trakk, u għal xi raġuni nqabad bejnithom.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku millIsptar Mater Dei biex jassistu, madanakollu r-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
