Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m., tilef ħajtu traġikament anzjan ta’ 74 sena mill-Mellieħa.
Jirriżulta li uwa ntlaqat minn bieba ta’ trakk li waqgħet fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa fi Sqaq il-Kalkara, f’Ħad-Dingli.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei, fejn l-anzjna ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fuq il-post marru wkoll uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu.
Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
