Saturday, December 21, 2024

Aġġornat: Malti fost dawk arrestati f’rejd fuq droga bejn Malta u Sqallija

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija Taljana rnexxielha tkisser allegat ċirku kbir ta’ traffikar ta’ droga.

Dan hekk kif kmieni dalgħodu wettqu rejd li ġie msejjaħ “La Vallette” fejn fih ġie rrappurtat li ħadu sehem aktar minn 100 uffiċjali tal-pulizija bl-għajnuna wkoll ta’ dipartimenti oħra li huma involuti fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.

Dan wassal biex il-Pulizija Taljana arrestat 16-il persuna fi Sqallija filwaqt li ġew ikkonfiskati mal-430 kilogrammi ta’ droga.

L-investigazzjonijiet, b’mod partikolari, żvelaw l-eżistenza ta’ assoċjazzjoni kriminali organizzata, magħmula minn persuni Taljani, Albaniżi u Maltin, miżmuma responsabbli għat-traffikar tal-kokaina, ħaxixa u marijuana, droga li nxtrat fl-Albanija, il-Puglia u l-Kalabrija u mibjugħa mill-ġdid fi Sqallija, il-Lombardija u Malta.

Aktar tard ġie kkonfermat li fost dawk arrestati hemm il-Malti John Spiteri.

Il-persuni l-oħra huma Alessandro Agostino; Giuseppe Agostino; Salvatore Agostino; Rosario Amico; Lucia Armenia; Antonio Bevilacqua; Rocco Bevilacqua; Antonio Salvatore Commisso; Fatjon Cuca; Emiliano Hoxhaj; Eriseld Hoxhaji; Ledi Hoxhaji; Roberto Melfi; Pietro Sessa.

Ingħad ukoll li apparti minn dawn il-persuni hemm ukoll implikat Fabrizio Catania, li fl-2018 kien diġà ġie akkużat dwar trasport ta’ 84 kilogramma kannabis.

Ekonomija

Sport