Saturday, June 27, 2026

AKTAR ĦIDMA FEJN JIDĦLU D-DRITTIJIET TAL-BNEDMIN U L-UGWALJANZA

Aqra wkoll

Id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza huma fost l-aktar valuri importanti f’soċjetà demokratika u ġusta. Dawn jiżguraw li kull persuna tkun trattata b’dinjità, rispett u ġustizzja, mingħajr diskriminazzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, il-ġeneru, l-età jew il-kundizzjoni soċjali tagħha. Id-drittijiet tal-bniedem jagħtu protezzjoni lill-individwi sabiex kulħadd ikun jista’ jgħix ħajja libera u sigura. 

Meta dawn id-drittijiet jiġu rispettati, tinħoloq soċjetà aktar paċifika u magħquda fejn in-nies iħossuhom apprezzati u protetti. Naqblu ma’ dak li qal l-Prim Ministru Robert Abela, li pajjiżna jkollu Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bnedmin u l-Ugwaljanza. 

F’laqgħa li kellu fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru semma prijorità ewlenija tal-Gvern f’dawn l-ewwel mitt jum, biex pajjiżna jkollu Kummissjoni Nazzjonali. Insemmu wkoll kif matul din illaqgħa li kellu mal-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Michael McGrath, il-Prim Ministru qal li dan se jkun pass ieħor ’il quddiem favur l-ugwaljanza. 

Nirrikonoxxu l-fatt li fid-dinja tallum, għad hemm sfidi relatati maddiskriminazzjoni, mad-drittijiet talbnedmin u mal-ugwaljanza. Għalhekk huwa importanti li l-Gvern, l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini kollha jaħdmu flimkien biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u jkomplu jippromwovu l-ugwaljanza. 

Dan għaliex nemmnu li meta nirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u nħaddnu l-ugwaljanza, inkunu qed nibnu pajjiż u dinja aħjar fejn kulħadd jista’ jgħix b’dinjità, rispett u opportunitajiet indaqs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport