Tuesday, May 14, 2024

Aktar minn 600 student jibdew sena skolastika ġdida fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Aqra wkoll

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (l-ITS) fetaħ il-bibien tiegħu għal aktar minn 600 student. Fil-maġġoranza tagħhom l-istudenti se jistudjaw Master fl-Immaniġġjar tal-Ospitalità Internazzjonali, Baċellerat fl-Arti Kulinarja, Higher Diploma fil-Gwida lit-Turist, u Foundation Course.

Waqt ċerimonja li mmarkat il-bidu ta’ din is-sena skolastika fl-ITS, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ta dettalji dwar dawn il-korsijiet u l-linja ta’ studju li qabdu l-istudenti. Qal li dan in-numru ta’ studenti jawgura tajjeb hekk kif pajjiżna qed jibqa’ jattira lejh numru rekord ta’ turisti speċjalment fejn jidħlu wasliet, in-nefqa turistika fl-ekonomija Maltija u l-ammont ta’ ljieli mqatta’ f’pajjiżna.

“Minkejja dawn ir-riżultati pożittivi, irridu naħdmu iżjed. Anke jekk it-turisti baqgħu jagħżlu li jżuru l-gżejjer Maltin għal raġunijiet diversi, nirrikonoxxu li l-kompettività f’din l-industrija hija waħda kontinwa,” qal il-Ministru Bartolo.

Saħaq li l-pass li jmiss huwa li niffukaw iżjed fuq il-kwalità u l-awtentiċità fil-prodott li joffri pajjiżna. Temm jgħid li dan għandu jkun sforz kollettiv li permezz tiegħu l-industrija tal-ospitalità verament toffri esperjenza ta’ eċċellenza.

Sport