Thursday, April 25, 2024

Il-PN għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-mod kif ġab l-Air Malta għarkupptejha

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

B’referenza għall-mistoqsija li saritlu dwar min għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-operat tal-Air Malta f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li: “dik id-domanda naħseb li hi l-agħar tweġiba li qatt jista’ jkun hemm għall-Partit Nazzjonalista”.

Huwa kompla jgħid li: “jekk se ssaqsini min għandu jerfa’ l-agħar piena possibbli għall-mod kif ġab kumpanija asset rich, vijabbli u sostenibbli, lura għexieren ta’ snin għarkupptejha, huwa l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, b’deċiżjonijiet pereżempju li tixtri erba’ avros illi ma kinux addattati għall-ħtiġijiet tal-kumpanija”. Il-Prim Ministru Abela fisser din id-deċiżjoni bħala waħda “strateġika” u “ewlenija” li ġabet lill-kumpanija għarkupptejha; “deċiżjoni strateġika li inti tipparalizza kumpanija b’saħħitha billi tixtrilha erba’ ajruplani b’għexieren ta’ miljuni ta’ liri Maltin li ma kinitx addattata għaliha, taf x’kienet ir-raġuni tal-falliment tal-kumpanija dak iż-żmien”.

Dr Abela għamel referenza wkoll għall-ftehimiet kollettivi li ma jirriflettux is-suq; ftehimiet li żgur ma kinux għall-aqwa operat tal-kumpanija, jew biex iħarsu l-interess nazzjonali. Lanqas ma saru sabiex ikollna kumpanija aktar profittabbli jew biex il-piloti u l-cabin crew biex jimxu aktar lejn it-triq tal-bżulija.

Għall-kuntrarju, fi kliem il-Prim Ministru, “dawk kienu deċiżjonijiet li ħa l-Partit Nazzjonalista konsistentement kemm dam fil-Gvern … illum qed nieħdu deċiżjoni li titwarrab minn dan kollu”.

Sport