Angelo Psaila rikonoxxut għas-servizz tiegħu b’risq il-ħaddiema fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tal-General Workers’ Union (GWU), li saret it-Tnejn, ingħata rikonoxximent lil Angelo Psaila għas-snin ta’ ħidma u servizz tiegħu b’risq il-ħaddiema, hekk kif wasal biex jirtira bl-età.

L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-GWU, komposta mis-Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, il-President Jason Deguara u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Abela, ippreżentat lil Psaila tifkira tal-okkażjoni bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali u għall-impenn tiegħu favur il-ħaddiema.

Psaila se jkun qed jirtira f’Ottubru wara karriera ta’ aktar minn 16-il sena mal-Lufthansa. Tul dawn is-snin serva wkoll bħala shop steward għal 16-il sena u għal kważi sitt snin kien membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-GWU.

Minkejja li wasal biex jagħlaq dan il-kapitlu tal-ħajja professjonali tiegħu, Psaila sostna li se jibqa’ disponibbli biex jgħin lil kull min ikollu bżonn.

F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, Psaila qal: “Dejjem emmint li l-GWU hi t-tarka tal-ħaddiema. Ilni 16-il sena shop steward u għamilt kważi sitt snin fil-Kunsill. Issa f’Ottubru se nkun qiegħed nirtira. Dejjem ħdimt għall-ħaddiema biex il-ħbieb u l-kollegi tiegħi jieħdu dak li ħaqqhom.”

Il-GWU tirringrazzja lil Angelo Psaila għall-impenn u l-kontribut tiegħu tul dawn is-snin u tawguralu l-isbaħ xewqat għal dan il-kapitlu ġdid f’ħajtu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport