Il-Pulizija tagħmel appell ieħor lil dawk kollha li jafu xi ħaġa dwar Ambinette hekk kif s’issa għadu rraportat nieqes.
Għaldaqstant, il-Pulizija terġa’ tfakkar biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Aktar kmieni: Martin Ambinette, raġel ta’ 65 sena, ġiet irrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa deher l-aħħar il-Fgura u kien liebes qalziet u flokk iswed kif ukoll skufja bl-arma tal-Milan.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.