Anzjan jinżamm arrestat talli weġġa’ lil martu f’dar tal-anzjani

Aqra wkoll

Raġel ta’ 72 sena residenti Tas-Sliema nżamm arrestat wara li kien mixli li darab gravi lil martu anzjana u li beżżagħha. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ imur lura għal nofs Lulju li għadda ġewwa dar tal-anzjani li tinsab f’San Ġilja. 

Ir-raġel, li ismu mhux jissemma biex tiġi mħarsa l-identità tal-vittma, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.  

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill arrest, liema talba ġiet oġġezzonatha mill-Prosekuzzjoni, minħabba li l-anzjan għandu l-vizzju tax-xorb.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Frendo Dimech, ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest. Hija qalet li dan diġà qed ikun akkużat li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti u li hemm persuna vulnerabbli involuta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport