Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li saq vettura bla liċenzja

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi kien mixli li saq vettura mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħtija lilu mill-Qorti. 

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-każ seħħ f’Ġunju li għadda. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur James Mallia spjegat li l-imputat kiser ukoll tmien ordnijiet ta’ ħelsien mill-arrest mogħtija minn Maġistrati differenti fuq perjodu ta’ matul dawn l-aħħar għaxar snin. 

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-imputat ġie arrestat waqt li kien fil-bini tal-Qorti biex jattendi għal smigħ fuq kawża separata. Il-Qorti qalet li l-arrest huwa validu, iżda laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Huwa jrid jiffirma l-għassa kuljum u jkun id-dar mal-lejl.

Għal Cini qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Alfred Abela, waqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur James Mallia.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport