Saturday, May 4, 2024

Anzjan jinżamm arrestat wara li pprova joqtol lir-raġel t’oħtu b’13 -il daqqa ta’ sikkina

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 63 sena miż-Żejtun inżamm arrestat wara tressaq il-Qorti, mixli li pprova joqtol lir-raġel t’oħtu ta’ 69 sena fid-dar fejn jgħixu f’Raħal Ġdid.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ t-Tlieta li għadda. Żiedet tgħid li għal xi rġuni inqala argument bejn l-akkużat Robert Frendo u r-raġel ta’ oħtu u li matul l-arugment intużat sikkina. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li fuq il-post maru tim mediku sabiex jassistu liż-żewġ anzjani. L-anzjan ta’ 69 sena li ttieħed l-Ispar Mater Dei, instab li weġġa’ gravi waqt li l-akkużat ttieħed f’ċentru tas-saħħa fejn instab li weġġa’ ħafif.

Żiedet tgħid li meta kellmet lill-vittma dan qalilha li ħu l-mara aggredieh waqt li kien rieqed. Minn stħarriġ illi sar mill-Pulizija rriżulta li l-vittma qala’ madwar 13-il daqqa ta’ sikkina.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, Frendo wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża mmexxija mill-avukat Mark Mifsud Cutajar ma jagħmel ebda talb għall-ħelsien mill-arrest. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa’ mill-Avukati Ramon Bonett Sladden u Nathaniel Falzon mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Għall-vittma, qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Sport