Saturday, November 23, 2024

Anzjana tindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjana ndarbet wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Bert fix-Xewkija, Għawdex. 

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza BMW, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena li joqgħod in-Nadur u karozza Maruti misjuqa mill-anzjana ta’ 82 sena li toqgħod ix-Xewkija. 

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport